top of page

Recent news​


Women’s Football - Nissorprendu lil Ħamrun S

 

Fit-tieni ħarġa tagħhom, Fgura issorprendu lil Ħamrun meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. Ħamrun huwa t-team relegat mill-ewwel divizjoni li għal dan l-istaġun amalgama ma’ Sta. Venera YB.

L-ewwel taqsima kienet bilanċjata bil-Ħamrun kemmxejn aktar avventurużi u bid-difiżi jikkontrollaw bla wisq tbagħtija sakemm fl-43 minuta Ħamrun ippenettraw id-difiża ċentralment, bix-xutt jiġi imblukkat minn C.Falzon iżda r-rebound jiġi f’saqajn Spartana oħra li titfa l-ballun ġewwa. Falzon dawwret f’corner ftit wara xutt ieħor insidjuz.

It-tieni taqsima rat lil Fgura jżidu l-isforzi tagħhom u E.Gialanze’ ikkonkludiet azzjoni tajba b’xutt ċentrali iżda fil-71 minuta l-veterana I.Vassallo ġabet l-iskor indaqs wara li rċeviet pass intelliġenti tas-sostituta K.Calleja li l-introduzzjoni tagħha fil-logħba ħalla effett pożittiv. Vassallo kellha goal imħassar għal offside bil-Ħamrun iwieġbu bi fk li falla l-mira bi ftit. Vassallo kienet fl-azzjoni ftit wara imma tefgħet barra minn qada idejali.

Sfortunatament lejn it-tmiem, inqala battibekk lejn tmiem il-logħba bir-referee juri l-karta l’ ħamra lil żewġ players Ħamruniżi u lil V.Sciberras. Il-United mill-ewwel approfittaw mill-vantaġġ numeriku fejn kienet I.Vassallo li skurjat it-tieni goal personali u t-tieni għat-team tagħha.

FORMAZZJONI: C.FALZON, J.ABDILLA, A.CASSAR, S.DEBONO, N.FARRUGIA, E.GIALANZE, P.INCORVAJA (K.CALLEJA), E.JANSSON, V.SCIBERRAS, L.TABONE (V.JUSTE), I.VASSALLO. RISERVI OĦRA: L.BARBARA, K.FENECH, A.GRISCTI, A.MALLIA, S.SCERRI




 

Kampjonat Femminili - Telfa kontra l-girien Tarxien

It-team feminili tilef 3-0 kontra t-team garr ta’ Tarxien R fil-ground taghhom fl-ewwel gurnata tal-kampjonat tat-Tieni Divizzjoni.

It-team relegat mill-I Divizzjoni li stagun li ghadda rebah meta gharaf jiehu c-cansijiet li gewh. Fgura wrew l-ahjar loghob taghhom fit-tieni taqsima. L-ewwel taqsima ma tantx offriet loghob tajjeb u l-azzjonijiet denji ta nota kienu rari. Fid-29 minuta F.Cauchi ppenetrat d-difiza taghna centralment imma kkonkludiet gholi biex fis-36 minuta Fgura wiegbu bi fk dirett ta’ S.Debono li falla l-mira bi ftit. Fid-39 minuta K.Camilleri laqtet it-tieni lasta dirett minn corner biex minuta wara r-Rainbows marru fil-vantagg b’shot lob sabih ta’ J.Zahra li ma ta l-ebda cans lil J.Cuschieri fil-lasti taghna.

Kif bdiet it-tieni taqsima F.Cauchi kkonkludiet azzjoni tajba b’xutt li gheleb ghat-tieni darba lil gk Cuschieri li ftit wara wettqet save tajjeb fuq tentattiv ta’ K.Camilleri. Fgura bdew jilghabu ahjar hu kienu mcahhda minn goal fit-28 minuta mill-gk avversarju M.Ellul li salvat b’diffikulta xutt tajjeb tal-veterana I.Vassallo. Ftit minuti mit-tmiem Tarxien ssigillaw ir-rebha meta xutt ta’ K.Magro habat mal-wieqfa qabel spicca gewwa.

FORMAZZJONI: J.CUSCHIERI, B.ABELA (V. JUSTE), A.CASSAR, V.SCIBERRAS, L.TABONE, N.FARRUGIA, J.ABDILLA, K.CALLEJA (E.JANNSON), S.DEBONO, E.GIALANZE’, I.VASSALLO. SOSTITUTI OHRA: C.FALZON, S.SCERRI, L.BARBARA, A.MALLIA U P.INCORVAJA.

Ladies Football -

Ir-rebħa li kien hemm bżonn akkwistata b'faċilita'Fgura United kisbu t-tlett punti li kellhom bżonn meta għelbu lil Lija/Iklin bl-iskor ta’ 9-0 biex tegħu temporanjament f’ras il-klassifika u akkwistaw ukoll il-promozzjoni. Kollox jiddependi Fgura jilgħabux decider għar-rebħ tal-kampjonat kemm-il darba l-logħba li baqa’ mill-kampjonat Tarxien R - Ħamrun S tintemm fi draw. F’dak il-każ ikun irid isir decider bejn Tarxien u Fgura. F’Każ ta rebħa ta wieħed minn dawn it-timijiet, Tarxien jew Ħamrun, ikun ifisser li Fgura jkunu rebħu l-promozzjoni bit-tieni post.Fgura daħlu jistrieħu 6-0 minn fuq b’4 goals skurjati minn I.Vassallo, E.Gialanze u T.Scicluna. Fit-tieni half żdiedu żewġ goals oħra minn E.Gialanze biex għaqqdet hat-trick personali u l-captain J.Abdilla tagħmel l-aħħar goal tal-logħba.Wieħed irid jifraħ lil coach Tony Muscat u l-grupp ta’ players dedikati, li kontra kull mistenni żammew il-pass ma timijiet aktar kwotati u ta’ statura fil-kamp tal-football feminili biex kisbu promozzjoni storika għal Club tagħna fit-tieni staġun tal-parteċipazzjoni tagħhom fix-xena lokali

  • google-plus-square
  • twitter-bird2-square
  • facebook-square

Main Site

fgura ladies fc
  • c-youtube

YouTube

fgura ladies fc

MFA

fgura ladies fc
fgura ladies fc

Malta Football

fgura ladies fc

Main Sponsors

fgura ladies fc
fgura ladies fc
fgura ladies fc
bottom of page